Konsultazzjoni – “Ningħaqdu Kontra l-Faqar”

 

Il-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta Soċjali, bħala parti mill-Kampanja “Ningħaqdu Kontra l-Faqar” ser jorganizza sensiela ta’ Konsultazzjonijiet Pubbliċi fejn fihom iċ-ċittadini huma mħeġġa jagħtu l-opinjoni tagħhom fuq l-Istrateġija li ser iniehdi l-Gvern kontra l-faqar u l-eskluzjoni soċjali.

 

Dawn ser isiru kull nhar ta Ħamis u Ġimgħa matul ix-xhar ta Lulju, fil-lokalitajiet t’hawn taħt

 

Data

Lokalita

Zona

4 ta’ Lulju

Marsa

Misrah Giovanni F. Abela ( quddiem l-iscouts)

5 ta’ Lulju

Bormla

Gnien ta quddiem il-Kunsill (hdejn il-Gabbana)

11 ta’ Lulju

Xghajra

Triq T-junction, hdejn il-bahar, in-naha ta Smart City

12 ta’ Lulju

Marsaskala

mal-Promenade, faccata tas-Summer Nights

18 ta’ Lulju

Valletta

Misrah Mattia Pretti

19 ta’ Lulju

Qawra

Triq il-Karozza,(fejn il-Flats tal-Gvern fejn roundabout bil-monument tad-Domen)

25 ta’ Lulju

Gzira

Fetha fuq il-promenade qabel il-Manoel Island Bridge

26 ta’ Lulju

Marsalforn, Ghawdex

Menqa

 

Il-laqgħat jibdew fis 6.30pm b’eċċezzjoni tal-laqgħa ta’ nhar il-Gimgha 5 ta’ Lulju f’Bormla, li ser tibda fis- 7.30pm 

Għal aktar informazzjoni ikkuntattja lil: 

Roger Mamo fuq Tel No. 2590 3126