Malta Police Association

L-għanijiet u l-objettivi tal-Assoċjazzjoni jkunu dawk imfissra fl-Att dwar il-Pulizija u b’mod partikolari:-

It-tħaris u t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-membri kollha, u l-promozzjoni tal-interessi tagħhom, b’referenza partikolari għall-parteċipazzjoni tal-Assoċjazzjoni fil-Bord tal-Pulizija għan-Negozjar, kif stabbilit taħt l-Att dwar il-Pulizija jew kull bord ieħor relatat; in rappreżentanza tal-interessi tal-membri f’diskussjonijiet man-naħa uffiċjali tal-Korp

Li jogħla l-livell intellettwali, morali u professjonali tal-membri kollha tal-Korp;

It-trawwim, l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet u komunikazzjonijiet bejn l-istess membri, kollegi f’għaqdiet relatati mal-Korp, u ex-membri tal-Korp.

It-titjib tal-benesseri tal-membri tal-Korp u tad-dipendenti tagħhom, permezz ta’ dawk is-servizzi li jkunu jistgħu jingħataw minn żmien għal żmien, inklużi poloz tal-assigurazzjoni kollettivi;

L-għoti ta’ pariri, għajnuna u assistenza lill-membri fil-proċedimenti dixxiplinari u/jew xort’ ohra.

It-twaqqif u l-amministrazzjoni ta’ fond jew fondi bil-għan li jiġu pprovduti attivitajiet edukattivi, ta’ benesseri, kulturali u soċjali, lill-membri u lid-dipendenti tagħhom;

Il-kiri, t-tehid b’kera, ix-xiri, jew xort’oħra l-akkwist ta’ proprjetà u / jew uffiċini għall-ħtiġijiet tal-Assoċjazzjoni u tal-membri tagħha;

Li tkun proprjetarja u amministratriċi ta’ proprjetà u fondi, u fl-eżekuzzjoni tal-għanijiet u l-objettivi tagħha, tista’ ukoll taħtar, jew timpjega persunal u konsulenti, u li taghmel dak kollu li hu meħtieġ, anċillari, jew li jwassal għall-kisba ta’ dawk l-għanijiet u / jew objettivi.

Organisation Details

Acronym

MPA

Is it a branch?

no

Organisation Address

Address

Spencer Hill

Town / City

Il-Marsa

Postcode

MRS1959

Malta / Ghawdex

Malta

Contact Details

Contact Person

Neville Mercieca

Designation

Secretary General

Phone

21244182/21232892

Admin email

mpa@onvol.net

Public email

mpa@onvol.net

Website

www.mpa.org.mt

Directory

Public listing

yes

Board Details

No. of Board Members

6

Statute

Existing statute

Y