Carbonaro Exhibition @ IL-ĦAĠAR – Victoria, Gozo

9 Sep 2023 - 17:00

Victoria

Carbonaro Exhibition @ IL-ĦAĠAR

CARBONARO opens at Il-Ħaġar Museum (Pjazza San Ġorġ, Victoria) on Saturday 9 September, continuing in the series of outstanding temporary exhibitions during this year marking the tenth anniversary of this cultural centre.

Pawl Carbonaro, born in 1948 in Sliema but now living in Gozo’s Żebbuġ, has been exhibiting successfully since the sixties. Interestingly, after beginning his artistic education with his prolific father Hugo, he continued under Esprit Barthet (whose works were featured here earlier this year) and later in Italy for a diploma. A 1993 stamp featured one of his paintings.

These sixty Carbonaro works, including landscapes, abstracts and etchings, can be visited until 5 November. Thus his unique style, characterised by intense emotions, dynamic gestures and a profound exploration of space and colour, can be appreciated at leisure.

The accompanying catalogue is published as Il-Ħaġar GEMS 26. Support is acknowledged from numerous institutions, private and public, specifically on this occasion the Gozo Action Group Foundation through the LEADER Programme. Il-Ħaġar is open 9am to 5pm seven days a week, without any entrance fee.

IL-ĦAĠAR jospita wirja ta’ Carbonaro

CARBONARO tiftaħ fil-mużew Il-Ħaġar (Pjazza San Ġorġ, Victoria) is-Sibt 9 ta’ Settembru, biex titkompla is-sensiela ta’ wirjiet temporanji speċjali matul din is-sena li tfakkar l-għaxar anniversarju ta’ dan iċ-ċentru kulturali.

Pawl Carbonaro, imwieled fl-1948 Tas-Sliema iżda li joqgħod fir-raħal Għawdxi taż-Żebbuġ, ilu jesibixxi b’suċċess sa mis-sittinijiet. Ta’ min jinnota li, wara li beda l-edukazzjoni artistika ma’ missieru Hugo, kompla taħt Esprit Barthet (li xogħolijiet tiegħu ġew esibiti hawn kmieni dis-sena) u wara l-Italja għal diploma. Bolla tal-1993 użat pittura tiegħu.

Dawn is-sittin biċċa ta’ Carbonaro, li jinkludu astratti, inċiżjonijiet u pajsaġġi, jistgħu jinżaru sal-5 ta’ Novembru. Iġifieri l-istil uniku tiegħu, b’tant emozzjonijiet intensi, ġesti drammatiċi u esplorazzjoni profonda ta’ spazji u kuluri, jista’ jiġi apprezzat bil-kumdità.

Il-katalgu hu n-numru 26 mis-sensiela Il-Ħaġar GEMS. Sapport wasal minn diversi istituzzjonijiet, privati u publiċi, speċifikament f’dal-każ il- Gozo Action Group Foundation permezz tal-programm LEADER. M’hemmx ħlas tad-dħul fil-Ħaġar, miftuħ mid-9am sal-5pm sebat ijiem fil-ġimgħa.