Il-Voluntiera: Min Huma? – YMCA Valletta

29 Mar 2021 - 17:00

Il-volontarjat huwa parti integrali mix-xogħol li jsir minn ħafna NGOs. Huwa permezz tax-xogħol li jsir minn voluntiera dedikati ‘lli l-NGOs jirnexxilhom joħolqu bidla pożittiva fis-soċjeta’ tagħna.

 

Fl-2020, il-YMCA Malta nediet proċess “Tribute to Vounteering”, sabiex, permezz tal-attivitajiet li ġew organizzati fil-passat, flimkien ma’ attivitajiet li qed isiru fil-preżent, tiċċelebra l-ispirtu tal-volontarjat u x-xogħol li tant voluntiera, matul is-snin, għamlu.

 

Dan il-proċess ser jilħaq il-qofol tiegħu permezz ta’ diskussjoni bit-titlu ta’ “Il-Voluntiera: Min Huma?”,  li ser tkun qed tiffoka propju dwar il-voluntarjat f’Malta u d-diversi aspetti tal-volontarjat li rarament nitkellmu dwarhom.

 

Il-panel ser ikun magħmul minn Andre Callus (Attivista Moviment Graffiti), Damian Attard (Fundatur u Direttur tar-Right 2 Smile), Martina Camilleri (Artista, Attivista u Voluntiera tal-YMCA Malta) u James Buhagiar (Ħaddiem Soċjali u membru tal-Malta Humanist Association). Id-diskussjoni ser tkun iffaċilitata min Gabriele Bertone (YMCA Malta).

 

Jekk inti tixtieq tattendi għal din id-diskussjoni li ser issir nhar it-Tnejn, 29 ta’ Marzu 2021 bejn il-5pm – 6.30pm, tista’ tibgħatilna ijmejl fuq info@ymcamalta.org sa mhux aktar tard mill-Ħamis, 25 ta’ Marzu 2021 sabiex nibgħatulek il-ħolqa ta’ Zoom.

 

Id-diskussjoni ser tkun bil-Malti.

 

Il-filmat tad-diskussjoni ser ikun aċċessibli fuq il-paġna ta’ Facebook tal-YMCA Malta.