Media release Salesian Philatelic Exhibition – Gozo Philatelic Society

3 Sep 2025 - 00:00

The Gozo Philatelic Society showcase on level -1 at Il-Ħaġar museum is now dedicated to a Salesian theme.

The intention is to celebrate Fr Fabio Attard SDB on his first official visit as the eleventh successor of St John Bosco. Gozitan Fr Fabio was elected earlier this year as the first Maltese Rector Major of the world-wide Salesian family.

The items exhibited are a range of stamps and commemorative handstamps issued along the years by the local postal authorities, accompanied by covers bearing them. Besides the founder himself and Mary Help of Christians (Marija Awżiljatriċi), other personalities are honoured too.

This exhibition remains until the actual date of his visitation on 5 October. There is no entry fee for this cultural centre in Victoria’s Pjazza San Ġorġ, with normal hours of 9am to 5pm seven days a week.

 

 

Wirja Filatelika Sależjana

Il-vetrina tas-Soċjetà Filatelika t’Għawdex fil-livell -1 tal-mużew Il-Ħaġar issa dedikata għal tema Sależjana.

L-intenzjoni hi li jiġi ċelebrat Fr Fabio Attard fl-ewwel żjara uffiċjali tal-ħdaxil suċċessur ta’ San Ġwann Bosco. L-Għawdxi Dun Fabio ġie elett dis-sena l-ewwel Malti bħala Rettur Maġġur tal-familja Sależjana mifruxa ma’ tant pajjiżi.

L-esibiti huma għażla ta’ bolli u timbri kommemorattivi maħruġin matul is-snin mill-awtoritajiet postali lokali, flimkien ma’ kartolini bihom. Barra l-fundatur innifsu u Marija Għajnuna tal-Insara (“Marija Awżiljatriċi”), jitfakkru anki personalitajiet oħra.

Din il-wirja tista’ tinżar sad-data proprja tal-viżitazzjoni fil-5 t’Ottubru. Ma hemmx ħlas tad-dħul f’dan iċ-ċentru kulturali fi Pjazza San Ġorġ fil-kapitali Għawdxija. Il-ħinijiet normali huma mid-9am sal-5pm sebat ijiem fil-ġimgħa.

Read Here for More Details / Aqra Hawn ghal-iktar dettalji :

medRelĦaġ-GPS