MCVS has launched the second edition of the Community Support Scheme (CSS). Applications will be found at vofunding.org.mt as from Wednesday 28th October at noon and will remain open until Wednesday 25th November 2026 at noon.
Total budget for this scheme is again €800,000, and will be addressing the needs of 21 local councils, 4 regional councils and around 900 voluntary organisations in localities that do not qualify under the EU’s LEADER Programme.
Click HERE for more guidelines and the application form once the fund opens.




Miftuħa mill-ġdid il-Community Support Scheme li tikkumplimenta l-fondi tal-Programm LEADER tal-Unjoni Ewropea
Il-Community Support Scheme (CSS), li tħabbret għall-ewwel darba s-sena li għaddiet mill-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat permezz tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS), ser tkun qed tiftaħ għat-tieni darba nhar l-Erbgħa 28 ta’ Ottubru 2026. Din ser tkompli tindirizza l-ħtiġijiet ta’ 21 kunsill lokali, 4 kunsilli reġjonali u mad-900 għaqda volontarja fil-lokalitajiet li ma jikkwalifikawx taħt il-Programm LEADER tal-Unjoni Ewropea. Il-baġit allokat għaliha huwa dak ta’ €800,000.
Ħabbret il-ftuħ ta’ din l-iskema il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia, fil-preżenza tal- Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Keith Azzopardi Tanti u l-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandolo.
Aktar kmieni din is-sena fil-fatt ġew varati 56 proġett ġdid fil-komunità, permezz ta’ aktar minn miljun ewro f’fondi tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, lil 40 għaqda volontarja, u 12-il kunsilli lokali u kunsilli reġjonali. Dawn inkludew inizjattivi relatati mal-protezzjoni u t-titjib ambjentali, proġetti komunitarji fuq skala żgħira li jtejbu l-kwalità tal-ħajja fil-lokalitajiet, kif ukoll interventi ta’ restawr u konservazzjoni ta’ spazji pubbliċi, strutturi storiċi jew elementi kulturali ta’ valur għall-komunità.
Matul is-snin, il-Programm LEADER tal-Unjoni Ewropea ġie rikonoxxut bħala suċċess u mod innovattiv ta’ kif jgħin fl-iżvilupp ta’ żoni rurali. Biss, dawn il-fondi huma indirizzati speċifikament għal proġetti li jitwettqu f’lokalitajiet meqjusa rurali u, għaldaqstant, numru ta’ lokalitajiet f’Malta ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn il-fondi. Din l-iskema tindirizza din is-sitwazzjoni u tappoġġja lil dawk l-organizzazzjonijiet volontarji li huma bbażati f’lokalitajiet li mhumiex eliġibbli taħt il-programm LEADER.
Għall-Community Support Scheme se jkunu eliġibbli l-kunsilli lokali u reġjonali, kif ukoll l-għaqdiet volontarji minn 21 lokalità f’Malta: Ħal Balzan, Birkirkara, Bormla, Ħal Tarxien, il-Belt Valletta, il-Birgu, il-Fgura, il-Furjana, il-Gżira, il-Ħamrun, l-Imsida, l-Isla, il-Marsa, Raħal Ġdid, Pembroke, San Ġiljan, San Ġwann, Santa Venera, Tal-Pietà, Tas-Sliema u Ta’ Xbiex.
Is-sejħa għall-proposti bit-termini tinsab fuq vofunding.org.mt, flimkien ma’ linji gwida u għajnuna sabiex jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet. L-għaqdiet li japplikaw għall-fondi jeħtieġ li jkunu rreġistrati u konformi mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji. L-applikazzjonijiet ser jintlaqgħu sal-Erbgħa 25 ta’ Novembru 2026, filwaqt li ser isiru wkoll laqgħat ta’ informazzjoni sabiex ikunu ta’ gwida matul il-proċess tal-applikazzjoni.
Kompli aqra HAWN.