Fifth Volunteer Centre inaugurated at Paola – dedicated to Jake Vella

A new Volunteer Support Centre has been inaugurated in Paola, which will support voluntary organisations in the southern region. This is the fifth centre of its kind in Malta, and is managed by the Malta Council for the Voluntary Sector (MCVS). The centre offers essential facilities such as meeting rooms, planning spaces, and other resources. It aims to strengthen small and medium-sized voluntary organisations by providing a dedicated space for their operations, which will be available through the booking system already available for the other centres in Valletta, Rabat, Birkirkara, and Xewkija in Gozo.

The centre is dedicated to Jake Vella, a young and inspirational figure in the Maltese voluntary sector who was known for his big heart and tireless contributions, especially in support of abandoned animals and other social causes. His memory will live on through the activities that take place within the centre bearing his name.

Inawgurat il-ħames ċentru għall-volontarjat f’Raħal Ġdid b’rikonoxximent għal Jake Vella

Ġie inawgurat il-ħames Ċentru tal-Volontarjat tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS). Il-binja f’Raħal Ġdid se tkun qed tipprovdi spazju u sapport b’faċilitajiet għall-għaqdiet volontarji tan-Nofsinhar ta’ Malta.

Iċ-ċentru li ngħata l-isem Ċentru għall-Volontarjat Jake Vella ġie inawgurat mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia, fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandolo u l-ġenituri u qraba ta’ Jake Vella.

Wara l-Belt Valletta, ir-Rabat, Birkirkara u x-Xewkija f’Għawdex, dan ta’ Raħal Ġdid se jkun ta’ servizz għall-għaqdiet, partikolarment dawk żgħar u medji li jiddependu minn din it-tip ta’ faċilità għall-operat tagħhom. B’dan l-investiment, l-għaqdiet volontarji rreġistrati bħala VOs se jkunu jistgħu jiġu moqdija b’faċilitajiet u riżorsi, u jużaw dan l-ispazju sabiex jiltaqgħu u jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom.

Kompli aqra l-istqarrija HAWN.