Għajnuna lill-għaqdiet volontarji biex jimirħu fuq skala internazzjonali
Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS), permezz tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, għadu kif nieda l-Fond għas-Soċjetà Ċivili (Civil Society Fund) għas-sena 2024.
It-tnedija ta’ din l-iskema saret għand l-għaqda JA Malta, li taħdem maż-żgħażagħ billi tipprovdi esperjenzi prattiċi fid-dinja tax-xogħol u l-intraprenditorija. Permezz tas-Civil Society Fund, JA Malta setgħet issaħħaħ l-element internazzjonali tagħha permezz tal-affiljazzjoni ma’ JA Europe, kif ukoll billi tuża l-fondi tas-Civil Society Fund biex tattendi konferenzi barra minn Malta.
Fi żjara lil din l-għaqda volontarja, il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli flimkien mat-tmexxija tal-MCVS ħabbru d-dettalji ta’ dan il-fond u ddiskutew ukoll il-proġetti li JA Malta implimentaw fis-snin li għaddew, kemm permezz ta’ dan il-fond u anki bil-VOPS fejn nedew Podcast dwar id-dinja tax-xogħol.
Il-Fond għas-Soċjetà Ċivili se joffri għajnuna finanzjarja lil dawk l-għaqdiet volontarji reġistrati, fejn qed jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tagħhom f’fora Ewropej u internazzjonali. Din tinkludi kollaborazzjoni ma’ għaqdiet barranin, inkluż sħubija f’assoċjazzjonijiet, networks u konfederazzjonijiet, attendenza f’konferenzi u laqgħat, kif ukoll taħriġ fuq dimensjoni Ewropea.
Il-baġit totali ta’ din is-sena għal dan il-fond huwa ta’ €150,000. F’disa’ snin, minn meta beda s’issa, ġew allokati għalih aktar minn miljun ewro. Kull applikazzjoni sottomessa tista’ tieħu sa massimu ta’ €6,000, li jistgħu jkopru sa massimu ta’ 80% tal-ispejjeż eliġibbli. L-għaqdiet volontarji ser ikunu jistgħu japplikaw billi jżuru vofunding.org.mt, u l-applikazzjonijiet se jkunu miftuħa minn nofsinhar tal-Erbgħa 17 ta’ Lulju 2024 sa nofsinhar tal-Erbgħa 28 ta’ Awwissu. Ser issir ukoll laqgħa ta’ informazzjoni nhar l-Erbgħa 31 ta Lulju sabiex tgħin lill-applikanti matul il-proċess tas-sottomissjoni u ħalli jifhmu aħjar il-linji gwida.
Waqt din iż-żjara, il-Ministru Julia Farrugia Portelli fissret kif din l-iskema hija għodda tajba biex l-għaqdiet volontarji jkunu f’pożizzjoni li jkollhom skambju ta’ ideat b’saħħtu mas-sħab internazzjonali tagħhom.
“Il-preżenza tal-għaqdiet volontarji Maltin barra minn xtutna se jfisser li dawn l-għaqdiet ikollhom vuċi u sehem b’saħħithom f’diskussjonijiet internazzjonali li jappartjenu għall-oqsma tal-kompetenza tagħhom. Dan ifisser ideat ta’ proġetti ġodda li jistgħu jiġu implimentati fuq livell lokali wkoll. Bħala Gvern qed nimpenjaw ruħna li mhux biss noffru aktar assistenza fuq livell lokali, iżda li nagħtu kull opportunità biex l-għaqdiet tagħna jwessgħu l-orizzonti tagħhom,” temmet tgħid il-ministru.
Min-naħa tiegħu, Mauro Pace Parascandalo, Kap Eżekuttiv tal-MCVS, stqarr li, “Huwa ta’ pjaċir li tara għaqdiet li mhux biss jissieħbu ma’ għaqdiet Ewropej u internazzjonali, imma talli saħansitra jidħlu fil-bord tat-tmexxija tagħhom.”
Civil Society Fund (CSF) 2024 to open on Wednesday 17th July
MCVS has launched the Civil Society Fund (CSF) 2024. Applications will be found at vofunding.org.mt as from Wednesday 17th July at noon and will remain open until Wednesday 28th August at noon.
Total budget for this scheme is €150,000, with each application requesting a maximum of €6,000, which would be a maximum of 80% of eligible costs. An information meeting has also been announced in order to guide VOs during the application process – details and application HERE.
The official launch of CSF took place at VO JA Malta, which has applied successfully for funds through CSF in the past years for its affiliation with JA Europe and to attend conferences abroad (photos above).