Tħabbar il-ftuħ tan-nominazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali għall-Volontarjat ta’ din is-sena.
Dan qiegħed ikun organizzat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, se jkun qiegħed jagħti ġieħ lill-persuni u organizzazzjonijiet li b’dedikazzjoni u kuraġġ jagħtu kontribut kbir f’dan is-settur.
Il-premju prinċipali, dak tal-Voluntier tas-Sena, jagħraf il-figura ta’ voluntier individwali li bil-ħidma tiegħu jew tagħha, kien ta’ ispirazzjoni u ħalla impatt pożittiv fil-komunità.
Barra minn hekk, hemm diversi kategoriji oħra, fosthom:
(1) Premju Nazzjonali għal Organizzazzjoni Volontarja;
(2) Premju għal Kumpanija Privata li turi appoġġ sostanzjali lejn il-volontarjat;
(3) Premju Voluntier Żagħżugħ/a għal dawk bejn is-16 u t-30 sena;
(4) U l-Victor Calvagna Children Volunteer Award, għall-voluntiera ta’ bejn 10 u 15-il sena.
Se jiġi ppreżentat ukoll premju speċjali għas-Servizz Volontarju u, għat-tieni sena, Premju għall-Proġett tas-Sena.
Din l-inizjattiva qed issir ukoll fil-kuntest tal-preparazzjonijiet għas-Sena Internazzjonali ddedikata għall-volontarjat fl-2026, fejn Malta se tkun qiegħda tkompli tpoġġi fuq quddiem il-valuri tal-parteċipazzjoni attiva, il-ġustizzja soċjali u l-inklużjoni bħala pilastri fundamentali ta’ soċjetà aktar ġusta u solidali.
Il-formoli ta’ nominazzjoni għall-Premju Nazzjonali għall-Volontarjat huma disponibbli fuq il-portal vofunding.org.mt, u għandhom jiġu sottomessi sal-Ġimgħa, 17 ta’ Ottubru 2025 f’nofsinhar. Iċ-ċerimonja uffiċjali ssir fl-4 ta’ Diċembru 2025, fil-kuntest tal-Jum Internazzjonali tal-Volontarjat imfakkar globalment l-għada l-5 ta’ Diċembru.
Magħha ġie mniedi wkoll il-Premju Soċjetà Ġusta, li huwa intiż biex jirrikonoxxi u jiċċelebra l-ħidma, l-impenn u d-dedikazzjoni ta’ individwi u organizzazzjonijiet li ħallew impatt pożittiv fil-qasam tad-diżabilità, bil-formoli ta’ nominazzjoni disponibbli online fuq www.inkluzjoni.gov.mt.



National Volunteer Award 2025 – nominations open
The Malta Council for the Voluntary Sector (MCVS) is once again launching the National Volunteer Award.
Check out all awards and call for nomination forms HERE.
Deadline to nominate is Friday 17th October at noon.