L-E.T. il-President Spiteri Debono laqgħet żjara ta’ korteżija minn membri tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.
Waqt il-laqgħa, il-membri tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat spjegaw l-għan tal-kunsill li jirrappreżenta l-għaqdiet volontarji f’Malta u Għawdex, filwaqt li jiffaċilita l-ħidma tal-għaqdiet volontarji permezz ta’ assistenza amministrattiva, opportunitajiet ta’ finanzjament u attivitajiet u avvenimenti ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet.
H.E. President Spiteri Debono received a courtesy call from members of the Malta Council for the Voluntary Sector.
During the meeting, the members of the Malta Council for the Voluntary Sector explained the objective of the council which represents voluntary organisations in Malta and Gozo, facilitating the working of voluntary organisations through administrative assistance, opportunities for funding and capacity building activities and events.