National Volunteer Award 2025

Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali għall-Volontarjat 2025

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat organizza l-14-il ċerimonja tal-Premju Nazzjonali għall-Volontarjat sabiex, bħal kull sena, jagħti rikonoxximent lil persuni u għaqdiet li jiddistingwu ruħhom fis-settur, fejn bil-kontribuzzjonijiet tagħhom jagħmlu soċjetà aħjar.

Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali għall-Volontarjat 2025 huma:

1. Il-premju prinċipali, li huwa l-Premju Nazzjonali tal-Voluntier tas-Sena: Mario Darmanin mill-Għaqda Malta Frame Football

2. Premju Voluntier Żagħżugħ/a li huwa għal dawk ta’ bejn 16 u 30 sena: Emma Cauchi mill-Badel Powell Scouts Malta

3. Premju Nazzjonali għal Organizzazzjoni Volontarja: S.T.A.N.D. – Striving Towards Ability Not Disability

4. Victor Calvagna Children Volunteer Award, li jingħata lil voluntier ta’ bejn 10 u 15-il sena: Jan Weening Attard minn The Malta Rabbit Club

5. Premju Speċjali għas-Servizz Volontarju, li jingħata għal servizz eċċellenti fis-settur tal-volontarjat: Janatha Stubbs

6. Premju Speċjali Proġett tas-Sena fis-Settur Volontarju, li jingħata lil proġett li spikka matul is-sena: “Safe Home” tal-għaqda volontarja St John Rescue Corps

Il-Premju Nazzjonali għall-Volontarjat hija inizjattiva tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat.

L-istqarrija uffiċjali kompluta mid-DOI tinsab HAWN.

National Volunteer Award 2025

The Malta Council for the Voluntary Sector organised the 14th National Volunteer Award ceremony to recognise individuals and organisations who excel in the sector. The winners of the awards are as follows:

– National Volunteer Award: Mario Darmanin (Malta Frame Football)
– Youth Volunteer Award: Emma Cauchi (Badel Powell Scouts Malta)
– Victor Calvagna Volunteer Award for Children: Jan Weening Attard (The Malta Rabbit Club)
– Volunteer Organisation Award: S.T.A.N.D. – Striving Towards Ability Not Disability
– Special Volunteer Award: Janatha Stubbs
– Project of the Year Special Award: “Safe Home” by St John Rescue Corps

The National Volunteer Award is an initiative of the Malta Council for the Voluntary Sector within the Ministry for Inclusion and the Voluntary Sector.

The entire ceremony was livestreamed and can be watched here:

More photos from the National Volunteer Award 2025 ceremony: