Għaqda tal-Mużika San Gejtanu – Iljieli Sajfin

7 Jun 2024 - 00:00

ILJIELI SAJFIN FIL-KAŻIN SAN GEJTANU ĠEWWA L-ĦAMRUN Mis-7 ta’ Ġunju 2024, ser jingħata bidu għat-tielet edizzjoni ta’ ‘Iljeli Sajfin’ fil-Bitħa tal-Każin San Gejtanu ġewwa l-Ħamrun.

Dawn ‘Iljeli Sajfin’ qed isiru bi preparazzjoni għall-Festa ta’ San Gejtanu 2024. Fuq talba ġenerali, dawn l-attivitajiet se jibdew isiru nhar ta’ Ġimgħa flok nhar ta’ Erbgħa ħalli ma jkunx hemm għalfejn li wieħed jinġabar kmieni ħabba x-xogħol. Se ssir biss tappa waħda fil-ġurnata tal-Erbgħa, dik tal-24 ta’ Lulju, li jaħbat, it-tmien Erbgħa ta’ San Gejtanu.

Din l-attività li hija b’xejn, u kif għamilna ta’ kull sena, se jkun hemm il-bar miftuħ fil-bitħa filwaqt li se jkun hemm il-Kummissjoni Żgħażagħ Tamlin u l-Kids & Teenz Tamlin bi stand bl-ikel.

Il-programm sħiħ se jkun: DJ Alex “Reflex” Grech – 7 ta’ Ġunju

Marisa D’ Amato – 14 ta’ Ġunju

Tiziana Calleja – 28 ta’ Ġunju

Claudia Faniello – 5 ta’ Lulju

Franklin Calleja – 12 ta’ Lulju

Dario Bezzina – 19 ta’ Lulju

Claudio Castelletti & Band – 24 ta’ Lulju

Din l-attività qed isir grazzi għas-sostenn tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-Bar Każin San Gejtanu u In d Sound.