Għaqda tal-Mużika San Gejtanu – Solo – Programm Mużikali

25 Jun 2024 - 19:30

‘SOLO’ – PROGRAMM MUŻIKALI F’ JUM IT-TWAQQIF TAL-GĦAQDA TAL-MUŻIKA SAN GEJTANU

‘Solo’ huwa l-Programm Mużikali li se jfakkar il-118 -il Anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda tagħna. Kif jixhed l-isem, dan il-programm se jkun iffukat fuq bċejjeċ mużikali li jindividwalizzaw strumenti partikolari u m’għandiex xi ngħidu l-ħila tal-mużiċist li juża dak l-istrument partikolari.

Il-Banda San Gejtanu se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Mro. Jonathan Borg FLCM.

Il-Programm se jittella’ nhar it-Tlieta 25 ta’ Ġunju 2024 fis-7.30pm fil-bitħa tal-Każin, (kulħadd irid ikun f’postu sa 7.15pm) Dan il-programm seta’ jkun possibli grazzi għall-fondi miksuba mill-Kunsill Malti għall-Arti kif ukoll tal-kumpanija ‘In D Sound’