Il-Ħaġar Heart of Gozo – L-esperjenza tal-Kunsill Ċiviku fil-Ħaġar

18 Nov 2023 - 11:00

L-esperjenza tal-Kunsill Ċiviku fil-Ħaġar

Il-mużew u ċentru kommunitarju kulturali Il-Ħaġar (Pjazza San Ġorġ fil-belt kapitali Għawdxija) qiegħed ifakkar il-50 sena mit-tmiem tal-Kunsill Ċiviku ta’ Għawdex b’diskussjoni bejn Anton Tabone (l-ewwel Ministru għal Għawdex) u Antoine Vassallo (President-fundatur tal-Assoċjazzjoni tal-Organizzazjonijiet non-governativi Għawdxin).

L-isem MISSIRIJIET U PRESIDENTI ngħata peress li huma ulied tnejn mill-Presidenti (anzi membri-fundaturi) li mexxew din l-esperjenza ta’ “esperiment” ta’ awtonomija: Anton Tabone MD u Anton Vassallo.

Ilkoll mistiedna għal dan l-appuntament (bil-Malti) nhar is-Sibt 18 ta’ Novembru fil-11am iżda nirrikmandaw nota fuq events@heartofgozo.org.mt.  

M’hemmx ħlas għall-attivitajiet tal-Ħaġar li jiftaħ sebat ijiem fil-ġimgħa mid-9 sal-5.

Din tista’ tkun okkażjoni ukoll biex jinżaru ż-żewġ wirjiet temporanji: Piranesi & Klinger u Filatelija.

MedRelKuns