Kompetizzjoni Ghal Disinn Artistiku – Ghaqda Kazini Banda San Filep

26 May 2020 - 00:00

Il-Għaqda Każin Banda San Filep flimkien mal-Għaqdiet Volontarji “Wirt Ħaż-Żebbuġ” u “Ħbieb tal-Arkivji Nazzjonali” qed tniedi kompetizzjoni għad-disinn tal-qoxra ta’ dan il-ktieb ġdid li jittratta aspetti differenti mill-istorja u l-kultura ta’ Ħaż-Żebbuġ, b’tagħrif fuqu, niesu u ġrajjietu. Se jkun fih ġabra ta’ kitbiet ta’ standard għoli, informattivi u serji. Id-daqs tal-ktieb ikun ta’ 244mm għoli u 170mm wiegħsa (B5). Id-disinn irid ikopri quddiem u wara u x-xewka tal-qoxra tal-ktieb. Il-Proġett ta’ dan il-ktieb għandu l-għajnuna ta’ l-iSmall Initiatives Support Scheme (SIS) immexxija mill-Malta Council for the Voluntary Sector (MCVS).
Il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jinstabu fil-fajl mehmuż.
It-tagħrif f’’dan il-ktieb qatt ma kien stampat f’kotba tal-istorja fuq Ħaż-Żebbuġ, imma biss fir-rivisti annwali tal-Każin San Filep. L-isem tal-ktieb huwa meħud mill-espressjoni li kienu jużaw xi nutara fis-seklu 19 meta jirreferu għal Ħaż-Żebbuġ u jfisser “Is-Sabieħa Belt Rohan”. L-isem ta’ Città Rohan ingħata lil Ħaż-Żebbuġ mill-Gran Mastru Emanuel de Rohan fl-1797 b’rikonoxximent tal-kobor u l-importanza li kellu dan ir-raħal antik.

Maħruġa mill-Kumitat tal-Proġett “Speciosa Città Rohan”:
Dr Joseph Ciantar Dr Evelyn Pullicino Mr Philip Balzan
Wirt Ħaż=Żebbuġ Ħbieb Tal-Arkivji Nazzjonali Għaqda Każin Banda San Filep