OPM – DOI – Press Release (PR241234)

23 Jul 2024 - 00:00

PR241234

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

Konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz ta’ liġi li jirregola l-koperattivi

L-abbozz ta’ liġi li jirregola l-koperattivi mil-lum huwa miftuħ għal konsultazzjoni pubblika. Din il-konsultazzjoni se tibqa’ miftuħa sat-30 ta’ Settembru.

L-emendi f’dan l-abbozz ta’ liġi huma kruċjali biex ikun żgurat ir-rilevanza, l-effiċjenza u tkabbir tal-koperattivi fl-ambjent ekonomiku u soċjali tal-lum.

Dawn l-emendi se jgħinu biex il-koperattivi jkunu jistgħu jilqgħu għall-isfidi u jkunu mħejjija aħjar għall-opportunitajiet ta’ swieq globalizzati, dinamiċi u innovattivi tal-lum. Barra minn hekk, għandhom l-għan li joffru pedament sod għal governanza tajba, trasparenza u kontabbilità fi ħdan il-koperattiva biex jissaħħu l-fiduċja u l-parteċipazzjoni fi ħdan il-membri.

Dawn l-emendi se jwasslu biex il-koperattivi f’pajjiżna jkunu fuq l-istess livell ta’ standards internazzjonali u se jkunu qed iwasslu biex il-mudell ekonomiku tal-koperattivi jkompli jikber.

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri qal li f’pajjiż żgħir b’riżorsi limitati l-mudell ekonomiku ta’ koperattiva huwa kunċett li jagħmel ħafna sens għax jgħaqqad flimkien ir-riżorsi biex l-industrija ta’ dik il-koperattiva tkompli tissaħħaħ. “L-għan ta’ dawn l-emendi huwa propju li naraw il-koperattivi f’pajjiżna jkomplu jikbru u jissaħħu f’qafas regolatorji li jimxi ma’ prassi internazzjonali,” qal il-Ministru Silvio Schembri.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit https://www.gov.mt/en/publicconsultation/Pages/2024/L-0014-2024.aspx.

PR241234