Imħabbra l-iskema VOPS biex għaqdiet volontarji jwettqu proġetti fil-komunità

Għaqdiet volontarji se jibbenefikaw għal darb’oħra minn skema ta’ €800,000


Tnediet mill-ġdid l-iskema Voluntary Organisations Projects Scheme (VOPS) mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS). Din l-iskema għandha l-għan li tassisti finanzjarjament għaqdiet volontarji biex iwettqu l-ideat tagħhom u jsarrfuhom fi proġetti fil-komunità.


It-tnedija ta’ din l-iskema mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli, fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandolo, saret fit-Teatru Astra fir-Rabat, Għawdex, waqt żjara lis-Soċjetà Filarmonika La Stella. Permezz tal-VOPS, din l-għaqda investiet €40,000 f’żewġ proġetti infrastrutturali, li kienu jinkludu kemm rinnovar tas-sala fejn isiru l-provi u t-tagħlim mużikali u anki titjib ta’ faċilitajiet biex tittejjeb l-aċċessibbiltà tal-post.

Il-proġetti eliġibbli għall-VOPS jistgħu jkunu mill-oqsma kollha mis-settur tal-volontarjat, bħall-ambjent sostenibbli, l-arti, mużika, sport, edukazzjoni, kultura, drittijiet ċivili u l-qasam taż-żgħażagħ. Apparti hekk, għat-tieni sena konsekuttiva, parti mill-fondi se jkunu ddedikati għat-tisħiħ tal-inklużjoni relatat mas-saħħa u d-diżabbiltà biex jgħinu sabiex ikollna komunità aktar inklussiva.

Għal din is-sena reġa’ ġie allokat l-ammont ta’ €800,000, li ser ikun qiegħed jinqasam bejn l-għaqdiet volontarji li japplikaw b’suċċess għall-inizjattivi differenti, inkluż proġetti fil-komunità, inizjattivi ta’ infrastruttura, jew riċerka. Taħt din l-iskema tul dawn l-aħħar tmien snin ġew allokati madwar €7.3 miljuni.


Il-Ministru Julia Farrugia Portelli fissret kif din l-iskema ħalliet proġetti ta’ fejda li minnhom qiegħed igawdi kulħadd. “Hekk kif għal sena oħra qed inniedu din l-inizjattiva, sodisfatta mill-impatt inkredibbli li dawn l-għaqdiet rnexxielhom iħallu fuq il-komunitajiet ta’ madwarhom. Din l-iskema hija xhieda tal-impenn tagħna li nagħtu s-setgħa lill-organizzazzjonijiet lokali biex jimplimentaw bidla sinifikanti u jindirizzaw il-ħtiġijiet tan-nies u ta’ dawk li jirrapreżentaw,” temmet tgħid il-ministru.


Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandalo qal, “Huwa ta’ pjaċir li nkomplu naraw, sena wara oħra, lil din l-iskema titħaddem u tkattar il-ġid.”


Il-ministru flimkien mat-tmexxija tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat żaru wkoll diversi għaqdiet volontarji fil-gżira Għawdxija. F’Ta’ Kerċem, iltaqgħu mal-Għaqda Festa Għajn Tuta, li grazzi għall-finanzjament mill-VOPS b’investiment ta’ €20,000, issa għandhom palk komplet b’rampi aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà biex jintuża f’attivitajiet kulturali differenti li jiġu organizzati fil-komunità. F’Ta’ Kerċem, iltaqgħu wkoll mal-Għaqda tal-Armar Madonna tas-Sokkors, li wkoll b’appoġġ mill-VOPS wettqu proġett infrastrutturali ta’ madwar €20,000, li permezz tiegħu rrestawraw u għamlu numru ta’ xogħlijiet fuq il-faċċata taċ-Ċentru Parrokjali li l-għaqda tamministra.


L-applikazzjonijiet ser jintlaqgħu mill-Erbgħa 4 ta’ Settembru 2024 sa nofsinhar tal-Erbgħa 16 ta’ Ottubru permezz tas-sit elettroniku vofunding.org.mt. Se ssir ukoll laqgħa ta’ informazzjoni sabiex tkun ta’ gwida għall-għaqdiet matul il-proċess tal-applikazzjoni.

L-għaqdiet volontarji li japplikaw iridu jkunu rreġistrati u konformi mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji. 

Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS) 2025 to open on Wednesday 4th September at noon

MCVS has launched the Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS) 2025. Applications for the VOPS scheme can be found at vofunding.org.mt as from Wednesday 4th September at noon and will remain open until Wednesday 16th October 2024 at noon.

Total budget for this scheme is €800,000 and there are four different funding stream actions. Information meetings will also be announced in order to guide VOs during the application process.

The VOPS official launch took place at the VO Soċjetà Filarmonika La Stella at the Teatru Astra in Victoria, Gozo. This VO applied and implemented successfully two VOPS infrastructure projects in the past years, through which they renovated the hall where rehearsals and musical learning take place and also upgraded facilities to improve accessibility (photos above).