1. Kategoriji ta’ organizzazzjonijiet:-
a. organizzazzjoniet reliġjużi ser jiġu regolarizzati permezz tal-kodiċi kanoniku;
b. kif jidħlu l-emendi tal-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontrarji (VOs) fis-seħħ, il-Kurja ser tkun qed toħroġ lista ta’ dawk l-organizzazzjonijiet li ma jkollhomx skop filantropiku (eżempju parroċċi) sabiex dawn ma jirreġistrawx bħala għaqdiet volontarji;
ċ. organizzazzjonijiet politiċi ser jiġu regolati permezz tal-Att dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi sa fejn dawn ikunu affilijati mal-finanzi tal-Partiti;
2. Tifsir/definizzjonijiet
a. Ġiet miżjuda t-tifsira ta’ “lawful purpose” (skop leġittimu);
b. organizzazzjonijiet li ma jikkwalifikawx għal skop soċjali/pubbliku (benefiċċju pubbliku), iżda jkollhom skop leġittimu;
ċ. jiġi żgurat li dan l-iskop leġittimu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Att u jekk ikun hemm xi forma ta’ benefiċċju privat (eż. usufrutt fil-każ ta’ fondazzjonijiet u benefiċċjarji) dan ikun minimu u biex jippromwovi l-iskop prinċipali u l-objettivi tal-organizzazzjoni;
3. Ġew miżjuda il-poteri tal-Kummissarju billi:
a. Il-Kummissarju jista’ jikkanċella kull organizzazzjoni iskritta meta din tkun qed tikser ir-regolamenti minghajr ma jirrikorri quddiem it-Tribuna ta’ Reviżjoni Amministrattiva;
b. Il-Kummissarju jista’ jitlob kull informazzjoni mingħand l-għaqdiet jew amministraturi għall-fini ta’ investigazzjonijiet u għal aktar trasparenza mingħajr ma jkun qed jikser ir-regolamenti dwar il-Privatezza tad-Data; (eż. għaqda volotarja tbiegħ fuljetti bil-€5 – 5% biss imorru għall-għaqda u l-kumplament imorru f’Kumpannija oħra bl-istess isem)
4. Il-kunċett ta’ mandatory enrolment
a. Organizzazzjonijiet li jkollhom dħul ta’ aktar minn €5000 huma obbligati li jiġu iskritti mal-Uffiċċju tal-Kummissarju;
b. Dawk bi dħul inqas m’humiex obbligati li jkunu iskritti pero’ xorta jridu jinnotifaw lill-Kummissarju (tassattiva);
ċ. Il-lista ta’ dawk l-organizzazzjonijiet li jkunu kemm iskritti kemm jekk le iridu jkunu aċċessibli fuq il-website uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju;
5. Ir-regolamenti tal-MoneyVal ġew indirizzati fl-emendi tal-Att sabiex jiġi miġġieled money laundering u finanzjar tat-terroriżmu kif ukoll aktar trasparenza fil-kontijiet u prospettivi annwali;
investment portfolios;
pensions;
investment car vehicles;
insurance;
ship cargoes u aircrafts
6. Vot 16+
a. Ġie miżjud illi persuni illi jkollhom minn 16-il sena ’l fuq jistgħu jistabbilixxu organizzazzjoni;
7. Cryptocurrencies
a. Ġew miżjuda dispożizzjonijiet dwar il-cryptocurrencies (block chains), f’dak li għandu x’jaqsam ma dħul finanzjarju minn teknoloġija innovattiva, fejn il-profitt minn xi attività kummerċjali jibqa’ għall-iskop prinċipali tal-organizzazzjoni;
b. L-Ewwel Skeda ġdida li ser tkun qiegħda tinsab mal-Att u l-Interess Privat
ċ. Ġie eliminat kull forma ta’ nteress privat minn l-imsemmija Skeda ġdida – (eż. attivitajiet li jinkludu tranżazzjonijiet kummerċjali, poloz ta’ assigurazzjoni, penzjonijiet, joint ventures bejn kumpanniji u Għaqdiet Volontarji (VOs) u konflitt ta’ interess f’każ illi amministratur ta’ Għaqda Volontarja (VO) jkun ukoll direttur ta’ kumpannija);
d. Minflok tħalla biss dak li mhux attribwit direttament lill-individwi u jkun biss ta’ benefiċċju privat li jkun marġinali għall-għanijiet prinċipali tal-organizzazzjoni nnifisha;
Prinċipji rigward Ishma u Interessi – Ishma ta’ kumpanniji ma jistghux jingħataw lil Għaqdiet Volontarji (VOs) ħlief għal skopijiet relatati ma’ dawk tal-organizzazzjoni;
Ġew stabbiliti regoli sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm evażjoni ta’ taxxa (eż. meta Għaqda Volontarja (VO) ma tkunx l-unika shareholder ta’ kumpanija); dħul li hu suġġett għal ħlas ta’ taxxa ma jiġix dikjarat bħala mhux taxxabli u spejjeż li għandhom ikunu taxxabli ma jiġux iddikjarati bħala mhux taxxabli;
Ingħatat forma ta’ diskrezzjoni lill-Kummissarju, abbażi ta’ każ b’każ, sabiex jistabbilixxi u jemenda linji gwida f’dak li għandu x’jaqsam ma kummerċjalizzazzjoni ta’ kumpanniji;
Prinċipji ta’ korrispettiv finanzjaru (remuneration) lill-amministraturi, donaturi, fondaturi, membri, promoturi u voluntiera –
Għall-fini ta’ trasparenza ġew stabbiliti market levels u market standards li jirriflettu r-realtajiet tal-lum fejn jidħlu onoraji u salarji lill-amministraturi eċċ kif ġej:
Dħul ta’ anqas minn €50,000, iridu jiġu preżentati kontinijiet annwali lill-Kummissarju (cash basis) u jkunu ffirmati mit-teżorier u ċ-Chairman;
Dħul ta’ bejn €50,000 u €250,000 iridu jiġu preżentati kontinijiet annwali lill-Kummissarju u jkunu ffirmati minn accountant estern u japplikaw ir-regolamenti tal-GAPSMEs;
Dħul ta’ aktar minn €250,000, iridu jiġu preżentati kontinijiet annwali lill-Kummissarju (cash basis) u jkunu soġġetti għal full audit u fil-każ ta’ għaqdiet internazzjonali l-awditjar irid isir skont l-IFRSs;
Artikolu 32A li jirregola public benefit foundations
Tneħħew dispożizzjonijiet minn dan l-artikolu li kienu jippermettu fondazzjonijiet b’interess privat bħal:
investment portfolios;
pensions;
investment car vehicles;
insurance;
ship cargoes u aircrafts
Dawn tneħħew minn l-imsemmi artikolu u se jkunu regolati permezz tal-artikolu 31B li jitratta private foundations;
Tneħħew dispożizzjonijiet rigward obligazzjonijiet fiduċjari (simili għal trusts) fejn seta’ jagħti l-każ li jkollok fiduċjarju li jkun sfrotta/uża l-fondi tal-għaqda, jiġi dikjarat bankrupt, iżda ebda persuna ma tkun tista’ tfittxu minħabba l-irwol tiegħu ta’ fiduċjarju.
Il-Kunsill tas-Settur tal-Volontarjat ser jibda jkun appuntat/elett b’mod differenti. Filwaqt li fl-Att kif inhu llum l-għaxar membri tal-Kunsill ikunu nominati mis-settur u appuntati mill-Ministru, kif jidħlu fis-seħħ l-emendi ser ikun hemm ħames membri nominati mis-settur u appuntati mill-Ministru filwaq li sitt membri ser ikunu eletti direttament fuq il-Kunsill mis-settur. Dawn is-sitt membri ser inkun jirrappreżentaw sitt oqsma/gruppi li jirrapreżentaw lis-settur li huma: Soċjali u Umanitarju; Saħħa u Disabilità; Ambjent u Ħarsien tal-Annimali; Edukazzjoni, Żgħażagħ, Sport; Arti u Kultura; u Għawdex.
Għal aktar informazzjoni jekk joġgħbok ċempel 2568 7271.