L-ispirazzjoni ewlenija tal-Assoċjazzjoni hija li ġġib flimkien u tikkollabora ma’ għaqdiet non-governattivi u entijiet volontarji oħra ekkleżjali fi ħdan id-Djoċesi ta’ Għawdex li jaħdmu fil-qasam tal-ħarsien tad-drittijiet umani u tal-beni kulturali u soċjali tad-Djoċesi ta’ Għawdex.
2.1. L-Assoċjazzjoni għandha dawn għanijiet:
i. Tippromovi d-dritt għall-ħajja umana mill-bidu nett fil-ġuf sal-mewt naturali.
ii. Tippromovi proġetti edukattivi u soċjali fid-diversi ċentri mxerrdin ma’ Għawdex immexxija mid-Djoċesi u mill-Parroċċi.
iii. Tara li toħloq strutturi varji fejn jinħass il-bżonn ta’ servizzi ġodda biex jitħarsu d-drittijiet umani.
iv. Tistħarreġ x’inhuma l-isfidi l-ġodda fil-Gżira ta’ Għawdex dwar problemi soċjali ġodda biex is-servizzi li jingħataw ikunu aġġornati maż-żmien partikolari.
v. Tirrikonoxxi, tħares u żżomm fi stat tajjeb il-patrimonju storiku, arkitetoniku, artistiku u kulturali tad-Djoċesi ta’ Għawdex u entitajiet oħra tal-Knisja f’Għawdex.
vi. Taħdem id f’id mal-organizzazzjonijiet non-governattivi fi ħdan id-Djoċesi u entitajiet oħra ekkleżjali u non-governattivi fil-Gżira ta’ Għawdex biex toħloq edukazzjoni, kuxjenza u għarfien ta’ dan il-patrimonju.
vii. Iżżomm katalgu aġġornat tal-beni storiku, arkitetoniku, artistiku u kulturali fi ħdan id-Djoċesi ta’ Għawdex.
viii. Iżżomm fi stat tajjeb l-arkivju storiku djoċesan u żżid miegħu materjal biex jibda jifforma parti mill-istess arkivju.
ix. Minn żmien għal żmien tippubblika u tqassam materjal li joħloq għarfien kemm lir-residenti kif ukoll lit-turisti biex tinħoloq kuxjenza dwar dan il-patrimonju.
x. Toħloq attivitajiet kulturali, artistiċi u edukattivi biex din il-Assoċjazzjoni twassal aktar il-messaġġ tagħha.
xi. Taħdem biex jiġu akkwistati fondi lokali u internazzjonali biex tippromovi u tilħaq dawn l-għanijiet u oħrajn simili.
Assoċjazzjoni KURA
Organisation Details
Alson know as
KURA
Acronym
AK
VO No.
1173
Is it a branch?
no
Organisation Address
Address
Kurja tal-Isqof, Triq ir-Repubblika
Town / City
Rabat, Gozo
Postcode
VCT1013
Malta / Ghawdex
Ghawdex
Contact Details
Contact Person
Fr. John Mary Curmi
Designation
Secretary
Phone
21551211
Fax
n/a
Admin email
nformosa@gozodiocese.org
Public email
info@gozodiocese.org
Website
n/a
Board Details
Statute
Existing statute
yes