HP-M
Happy Parenting – Malta hija assoċjazzjoni mhux governattiva li ġiet reġistrata mal-Kummissjoni għall-Għaqdiet Voluntarji fl-aħħar ta’ Novembru li għadda.
L-għan tal-Għaqda hu li sservi ta’ prevenzjoni, sapport, konsulenza, tagħmel rakkomandazzjonijiiet lill-awtoritajiet u twassal tagħrif dwar Parental Alienation lil diversi kategoriji ta’ nies, inkluż lill-ġenituri, professjonisti fil-Ħarsien Soċjali bħal social workers, psikologi, psikjatri, uffiċjali tal-ġudikatura: avukati, maġistrati, medjaturi fil-Qorti tal-Familja, pulizija, għalliema u l-pubbliku in ġenerali.
Parental Alienation
Parental Alienation jiġri meta ġenitur jgħawwi lit-tfal kontra ġenitur ieħor bil-għan li eventwalment jitbiegħed minnhom anki b’mob permanenti. Hemm diversi livelli ta’ gravità.