L-ghanijiet ta’ l-Organizzazzjoni huma li:
(a) tfakkar u ssahhah il-memorja tal-valur storiku kulturali u religjuz li d- dati tat-8 ta’ Settembru 1565, ossia` t-tmiem ta’ l-Assedju l-Kbir ta’ Malta, t-8 ta’ Settembru 1800, ossia l-waqgha tal-Francizi f’Malta, t-8 ta’ Settembru 1943, ossia` r-reza ta’ l-Italja waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, u grajjiet ohra storici b’rabta max-Xaghra, kellhom u ghad ghandhom ghal Malta u Ghawdex;
(b) torganizza flimkien mal-Parrocca attivita` principali, kull 7 ta’ Settembru fi Pjazza L-Vittorja, x-Xaghra Ghawdex, u dan biex tfakkar u ssahhah il-memorja tal-grajjiet imsemmija f’paragrafu (a);
(c) tinvolvi u tippromwovi sa fejn hu possibli, residenti Xaghrin fl-organizzazzjoni u t-twettiq ta’ l-attivita` principali taghha;
(d) torganizza attivitajiet ohrajn li ghandhom jitqiesu sekondarji ghal dik principali, sabiex tipromwovi l-grajjiet marbuta mat-8 ta’ Settembru u grajjiet storici ohrajn, kemm fix-Xaghra u kif ukoll f’lokalitajjiet ohrajn, izda dan dejjem jekk ir-risorsi finanzjarji u umani ta’ l-Organizzazzjoni jkunu jippermettu; u
(e) tigbor jew tfittex fondi biex jigu organizzati l-attivitajiet taghha jew ghal skopijiet ohrajn skond kif jippermetti l-iStatut.