Is-26 ta’ Ġunju, hu l-Jum Internazzjonali Kontra l-Abbuż tad-Droga. F’din l-istess ġurnata l-Fondazzjoni OASI tagħlaq 23 sena mit-twaqqif tagħha.Matul is-snin l-Fondazzjoni dejjem kellha sehem attiv fil-ħidma ta’ tagħlim, għarfien u prevenzjoni kontra l-addiction, b’emfażi speċjali lejn prevenzjoni mill-abbuż tad-droga u l-alkoħol.Fil-preżent għaddej dibattitu rigward is-sistema ġudizjarja u d-droga u l-Fondazzjoni OASI ħasset il-bżonn u d-dmir li torganizza Dibattitu Nazzjonali b’emfażi speċjali fuq dan is-suġġett.
Id-Dibattitu Nazzjonali ser issir il-Ħamis 26 ta’ Ġunju 2014, fil-lukanda Grand Hotel, fl-Mġarr Għawdex.Il-Programmtal-ġurnata jibda bir-Registrazzjoni fid-9.00am.Il-qofol ta’ l-attivita’ ser ikun maqsum bejn żewġ panels: l-panel ta’ esperti u l-panel ta’ opinjonisti.Diversi mistiedna distini huma wkoll mistiedna għal dan id-Dibattitu Nazzjonali.
Malta Council for the Voluntary Sector
Volunteer Centre, 181, Melita Street,
Valletta, VLT 1129, Malta