Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat jixtieq jawgura l-ħidma t-tajba lill-94 voluntier li applikaw magħna sabiex jagħtu l-kontribut u s-sapport tagħhom waqt il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023.
Filwaqt li nixtiequ kull suċċess lill-kontinġent Malti, nagħtu wkoll merħba lill-kontinġenti u l-atleti kollha li bħalissa jinsabu f’pajjiżna.