Introducing the new volunteers.mt

volunteers.mt – one-stop-shop ġdid li jipprovdi sapport lill-voluntiera u għaqdiet volontarji

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat għadu kif nieda portal ġdid, volunteers.mt, li issa huwa one-stop-shop għal opportunitajiet u sapport għal voluntiera u għaqdiet volontarji. Dan jirrifletti s-servizzi li dejjem qed jiżdiedu mill-MCVS, inklużi firxa sħiħa ta’ fondi, opportunitajiet ta’ taħriġ u ħafna inizjattivi oħra ta’ appoġġ.

Il-portal għandu żewġ sezzjonijiet ewlenin. L-ewwel waħda hija mmirata għal voluntiera ta’ kull età li qed ifittxu opportunitajiet, kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta, inkluż il-Youth Voluntary Service, mobilità fl-Unjoni Ewropea u l-inizjattiva ta’ suċċess Voluntiera Malta li ġiet integrata fil-portal il-ġdid. It-tieni taqsima, min-naħa l-oħra, tagħti opportunità lill-għaqdiet volontarji reġistrati (VOs) sabiex jirreġistraw direttament mal-portal biex jirreklutaw voluntiera għall-attivitajiet tagħhom. Jistgħu japplikaw ukoll sabiex jospitaw voluntiera kemm lokali u kif ukoll minn pajjiżi oħra. Tim dedikat tal-MCVS huwa wara s-servizzi pprovduti u se jkun qed jassisti voluntiera u VOs f’dak kollu li jkollhom bżonn.

Waqt l-attività tat-tnedija, Ms Gertrude Buttigieg, Chairperson tal-Kunsill, qalet “li wieħed jagħti sehmu ta’ voluntier ma jfissirx li għaliex m’għandux x’jagħmel. Pjuttost huma nies illi jagħżlu li jiddedikaw porzjon minn ħajjithom għal xi attività jew xi inizjattiva li tkun għal qalbhom. Jeżistu modi differenti ta’ volontarjat. Wieħed jista’ jikkommetti numru ta’ sigħat fil-ġimgħa, jew xi darba fix-xahar per eżempju, jew inkella wieħed jiddedika perijodu ta’ żmien skont l-attivita’ jew l-inizjattiva li tinteressa lilu. Hemm ħafna affarijiet u l-iktar importanti li wieħed ifittex u jsib dik ix-xi ħaġa li tolqtu, li tgħoġbu u li jikkommetti ruħu għaliha.”

Mr Mauro Pace Parascandalo, CEO tal-Kunsill, stqarr li “bħala Kunsill tal-Volontarjat nidejna sit elettroniku illi jiffaċilita l-ħajja ta’ dawk li jixtiequ jivvolontarjaw, u kif ukoll lill-għaqdiet li jkunu jridu jfittxu voluntiera biex ikunu jistgħu jissiebħu u jagħtu s-sehem tagħhom magħhom. Fil-fatt dan is-sit tistgħu issibuh fuq www.volunteers.mt, liema sit joffri diversi faċilitajiet u qiegħed magħmul apposta biex iqarreb lill-voluntier mal-għaqdiet b’tali mod li nkomplu nistgħu ngħinu lil xulxin u nkunu ta’ servizz fil-komunità.”

Ħolqa għall-portal: www.volunteers.mt

volunteers.mt – one-stop-shop portal that supports volunteers and voluntary organisations

The Malta Council for the Voluntary Sector has just launched a new portal, volunteers.mt, and is now a one-stop-shop for opportunities and support to volunteers and voluntary organisations.  This reflects the ever-increasing services by MCVS, including a full range of funds, training opportunities and many other support initiatives.

The portal now has two main sections. The first one is aimed at volunteers of all ages seeking opportunities both locally and abroad, including the Youth Voluntary Service, EU mobility and the successful Voluntiera Malta initiative which has been integrated into the new portal. The second section, on the other hand, enables registered Voluntary Organisations to register directly on the portal to recruit volunteers for their activities or apply as a host, both locally and through the overseas programme. A dedicated MCVS team is behind the services provided and will be assisting volunteers and VOs accordingly.

During the launch event, Ms Gertrude Buttigieg, Chairperson of the Council, stated “that being a volunteer does not mean that the person does not have anything to do. Instead, they are people who dedicate a portion of their lives to an activity that is close to their heart. There are different ways of volunteering. One can dedicate a number of hours per week, or once a month for example, or can find time according to the activity or goal that interests him. There are many things going on and the most important thing is to look for and find that something that interests you that you can commit yourself to it”.

Mr Mauro Pace Parascandalo, CEO of the Council, explained that “as the Council for the Voluntary Sector, we launched this portal to facilitate the life of those who would like to volunteer, and also to the voluntary organisations looking for volunteers to join them. In fact, this website, which you can find at volunteers.mt, offers various facilities and has been created to match volunteers and VOs in a way to help each other and be of service in the community”.

Link to portal: www.volunteers.mt