Ongoing works at Xewkija Volunteer Centre

MCVS visited works currently being carried out on the first One-Stop-Shop at Xewkija for Gozitan voluntary organisations. This initiative is a collaboration between the MCVS within the Ministry for Inclusion, Voluntary Organisations and Consumer Rights, and the Ministry for Gozo.

Information for VOs about use of these premises once launched will be provided in due course.



Għaddejjin ġmielhom ix-xogħlijiet ta’ rinovar f’binja fix-Xewkija li se jsir one-stop-shop għall-volontarjat f’Għawdex

Ix-xogħlijiet ta’ titjib fiċ-Ċentru tal-Volontarjat fix-Xewkija miexi ġmielu, fejn bħalissa qed isir investiment sabiex l-għaqdiet volontarji Għawdxin ikunu moqdija b’faċilitajiet u riżorsi aġġornati. Apparti li jservi ta’ uffiċċju għall-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, dan iċ-ċentru jilqa’ s-Servizzi Ewropej f’Malta (SEM) u jintuża wkoll mill-għaqdiet irreġistrati bħala VOs fejn jistgħu jużaw dan l-ispazju sabiex jiltaqgħu u jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom. Iċ-ċentru għandu jkun lest fix-xhur li ġejjin. Apparti dan, kif jitlestew ix-xogħlijiet, iċ-Ċentru se jservi wkoll bħala one-stop-shop ta’ għajnuna u appoġġ lill-voluntiera u għaqdiet volontarji Għawdxin. Dan se jikkumplimenta t-tliet ċentri li diġà jaħdmu b’dan il-mod f’Malta, li jinsabu fil-Belt, ir-Rabat u Birkirkara.​​

Julia Farrugia, Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur. akkumpanjata minn Clint Camilleri, Ministru għal Għawdex, żaret il-post u segwit ix-xogħol li għaddej bħalissa. “L-iżvilupp u l-immodernizzar li qiegħed isir f’dan iċ-Ċentru jirrifletti mhux biss twettiq ta’ wegħda elettorali oħra fejn jikkonċerna s-settur tal-volontarjat imma jirrifletti wkoll kemm ħidmet il-volontarjat hija apprezzata. Spiss nirreferi għall-qasam tal-volontarjat bħala teżor nazzjonali li għandna ngħożżuh u li għandna nibżgħu għalih. Insostni dan għax din hija r-realtà. L-ispalla li joffri l-volontarjat fid-diversi oqsma tal-ħajja ta’ kuljum fil-komunitajiet tagħna mhux faċli tkejjilha. U allura huwa dover tagħna bħala Gvern li nirreċiprokaw l-ispalla li joffru l-għaqdiet volontarji bi spalla min-naħa tagħna. Għalhekk id-diversi skemi ta’ għajnuniet finanzjarji biex minnhom jibbenefikaw l-għaqdiet volontarji. Tul dawn l-aħħar 15-il sena l-Gvern investa madwar €14-il miljun fil-qasam tal-volontarjat. Ħarsa lejn il-Budget għas-sena 2024 turi li se nkomplu f’din it-triq ta’ rikonoxximent lejn settur li fid-diversità ta’ ħidmietu huwa mutur soċjo-ekonomiku komunitarju”, qalet il-Ministru Farrugia Portelli. Hija żiedet tgħid li minn dan il-post permezz tas-sistema ta’ one-stop-shop, l-għaqdiet volontarji Għawdxin, partikolarment dawk żgħar u medji li jiddependu minn għajnuna għall-operat tagħhom, se jkunu qegħdin isibuha taħt saqaf wieħed.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal, “Għamilna xogħol estensiv ta’ manutenzjoni u tisbiħ taċ-Ċentru għall-Għaqdiet Volontarji fix-Xewkija li se jkun l-ewwel one-stop-shop għall-għaqdiet volontarji f’Għawdex u li tant kien bżonnjuż sabiex dawn l-għaqdiet isibu l-għajnuna għal ħidmiethom f’post wieħed.” Huwa spjega li dan iċ-Ċentru qed jiġi rinovat mill-ħaddiema tad-Diviżjoni tal-Operat fil-Ministeru għal Għawdex b’kollaborazzjoni wkoll mal-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur sabiex tkompli tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-għaqdiet volontarji f’Għawdex. Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li dan ikompli jixhed il-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex sabiex kontinwament isaħħaħ il-qasam tal-volontarjat anki f’Għawdex.

F’kumment waqt din iż-żjara, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, is-Sur Mauro Pace Parascandalo, qal li huwa sabiħ li tara kollaborazzjoni bejn Ministeri u entitajiet differenti li lkoll jaħdmu b’għan wieħed. Dak li ntejbu u noħolqu servizzi li jgħinu lil min jiġi bżonnhom fil-qasam tal-volontarjat, fejn fl-aħħar mill-aħħar inkunu qegħdin ngħinu u nagħmluha possibbli li ħafna proġetti u inizjattivi fil-komunitajiet, f’dan il-każ Għawdxin, ikunu attwati għall-ġid ta’ kulħadd.