Stqarrija mill-MCVS rigward il-miżuri tal-baġit

MT:

Stqarrija mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat rigward il-miżuri tal-baġit

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat bi pjaċir jinnota żewġ miżuri fil-baġit li ser jiġu implimentati mill-2024.  

L-ewwel miżura hija l-eżenzjoni ta’ taxxi sa massimu ta’ €500 lill-kumpaniji u ażjendi li jissapportjaw permezz ta’ donazzjonijiet lis-settur tal-volontarjat fl-osqma soċjali, ambjentali u l-ħarsien tal-annimali. Din il-miżura kienet ilha tiġi proposta mill-istess Kunsill għal diversi snin u għandha sservi sabiex tippromwovi u tinkoraġġixxi aktar sostenn finanzjarju lill-istess settur volontarju.

It-tieni miżura hija dwar iż-żieda ta’ one-stop-shop ieħor fl-2024 sabiex jiġu mifruxa f’reġjuni differenti s-servizzi tal-istess Kunsill. Dan ser ikun qiegħed jitwaqqaf lejn in-nofsinhar ta’ malta sabiex jikkumplimenta l-erba’ ċentri l-oħra mifruxa mal-gżejjer Maltin li jinsabu fil-Belt Valletta, Birkirkara, r-Rabat (Malta) u x-Xewkija (Għawdex). Dawn il-one-shop-shops għandhom l-għan li jservu ta’ punt ta’ referenza għall-għaqdiet dwar servizzi u programmi ta’ fondi li jistgħu japplikaw għalihom u bħala għajnuna lill-għaqdiet fl-amministrazzjoni tagħhom.

Il-Kunsill itenni li huwa ta’ sodisfazzjon li dawn il-miżuri ġew milqugħa u allura ser ikunu qed jiġu attwati mill-2024 ‘il quddiem sabiex inkomplu nsaħħu lis-settur tal-volontarjat f’pajjiżna.

EN:

Statement by the Malta Council for the Voluntary Sector regarding budget measures

The Malta Council for the Voluntary Sector is pleased to note two budget measures to be implemented as from 2024.

The first is the tax exemption of up to a maximum of €500 for companies and businesses that support the voluntary sector in social, environmental and animal welfare. This measure had been proposed by the same Council for several years and should serve to promote and encourage more financial support for the benefit of the same voluntary sector.

The second measure is related to the addition of another one-stop-shop in 2024 in order to increase the reach of the Council’s services in different regions. This will be set up in the south of Malta in order to complement the other four centres spread across the Maltese islands located in Valletta, Birkirkara, Rabat (Malta) and Xewkija (Gozo). These one-shop-shops serve as a point of reference for Voluntary Organisations regarding services and funding programs that they can apply for and as assistance to VOs in their day to day running.

The Council reiterates that it is gratifying that these measures have been accepted and will therefore be implemented as from 2024 in order to continue strengthening the country’s voluntary sector.