Reform of Voluntary and Not for Profit Sector – Public Consultation launched

A reform of the voluntary sector has been launched for public consultation with the aim of strengthening the current legislative framework and reducing bureaucracy. With this reform, each VO will be differentiated according to their size, turnover and purpose in terms of the requirements placed on the organisation.

The document is accessible HERE. Suggestions and comments will be received until 21st March 2024. One can also send an email to vo@gov.mt.

N.B. Public Consultation meetings have also been announced HERE.

Imnedija għal konsultazzjoni pubblika r-riforma tas-settur tal-volontarjat bil-għan li ssaħħaħ il-qafas leġiżlattiv preżenti u tnaqqas il-burokrazija

Tnediet għal konsultazzjoni pubblika r-riforma fis-settur tal-volontarjat. Din ir-riforma għandha l-għan li tara li s-settur ikollu s-saħħa u l-għodda li għandu bżonn sabiex ikun jista’ jiffunzjona kif suppost filwaqt li jinħoloq bilanċ bejn dak li għandu jiġi regolat u li jiġu simplifikati aktar l-proċessi.

F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli, tfisser li permezz ta’ din ir-riforma, qiegħed ikun propost li jinħoloq l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Settur tal-Volontarjat u Not For Profit, kif ukoll li jinħolqu klassifikazzjonijiet u kategoriji definiti u ċari għall-għaqdiet volontarji.

B’din ir-riforma, għaqda volontarja se tkun qed tiġi klassifikata skont l-istatus, l-istruttura, il-klassi u l-kategorija li topera fiha.

Ir-riforma hija intiża wkoll biex toħloq proċess ta’ reġistrazzjoni aktar sempliċi għall-għaqdiet volontarji, fosthom proċeduri ta’ rappurtar aktar sempliċi u kunċett ta’ One-Stop-Shop iżjed effettiv. Fejn jidħol dħul finanzjarju, din ir-riforma se twessa’ aktar il-kategoriji finanzjarji, liem miżura se tkun qed toffri lill-għaqdiet volontarji flessibilità akbar fl-operat.

Il-Ministru Farrugia Portelli ħeġġet lin-nies, speċjalment lil dawk li għandhom għal qalbhom il-volontarjat biex jgħidu tagħhom tul dan il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika. “Bħala Gvern, napprezzaw il-ħidma ta’ aktar minn 1,800 għaqda volontarja f’pajjiżna u ta’ aktar minn 30,000 voluntier li jagħtu ħinhom f’dan is-settur. Din ir-riforma mhux biss se tkompli ssaħħaħ l-għaqdiet volontarji u toffrilhom l-ispalla li jeħtieġu, iżda se televa s-settur għal-livell li jmiss,” temmet tgħid il-ministru.

Din ir-riforma tħejjiet wara proċess ta’ konsultazzjoni estensiv li nbeda f’Diċembru tal-2021 taħt il-Patroċinju tal-President George Vella. Minn dakinhar saru ‘l fuq minn 1,300 laqgħa ma’ organizzazzjonijiet volontarji u not-for-profit u numru ta’ regolaturi. Saru wkoll 2 proġetti ta’ riċerka mal-Università̀ ta’ Malta.

Id-dokument huwa aċċessibbli hawn, fejn ser jintlaqgħu s-suġġerimenti u l-kummenti sa nhar il-21 ta’ Marzu 2024. Tista’ tintbagħat ukoll email fuq vo@gov.mt

Preżenti għal din it-tnedija kien hemm il-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji Jesmond Saliba.