Jinħatar il-Kunsill il-ġdid tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarji

Wara l-konklużjoni tal-proċess tal-għażla għall-elezzjoni tal-membri tal-bord tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS), magħżul mill-membri tal-għaqdiet volontarji nfushom, u t-tħabbira tal-membri tal-bord, inħatar Kunsill ġdid għall-perjodu 2023-2025.

Waqt l-ewwel laqgħa tagħhom, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarji u Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli ppreżentat lill-membri tal-Kunsill bl-ittra ta’ ħatra għal terminu ta’ tliet snin. Għal-laqgħa kienu preżenti wkoll is-Segretarju Permanenti  tal-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Nancy Caruana u l-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandalo.​

Filwaqt li l-Ministru Farrugia Portelli awgurat lill-membri tal-Kunsill il-ġdid, irrimarkat li għal din is-sena, il-gvern se jkun qed jinvesti €1.34 miljun fis-settur tal-volontarjat biex ikompli jkun imsaħħaħ bħala wieħed mill-pilastri soċjo-ekonomiċi ewlenin ta’ pajjiżna.

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat għandu l-għan li jappoġġja lill-organizzazzjonijiet volontarji lokali li jaħdmu f’kull aspett tas-soċjetà permezz ta’ networking, taħriġ, tisħiħ tal-ħiliet u l-kapaċità, inizjattivi ta’ finanzjament u ħolqien ta’ kuxjenza.

Il-membri tal-Kunsill il-ġdid huma:

  • Doreen Borg Zammit (Kunsill Nazzjonali tan-Nisa),
  • Norma Camilleri (Assoċjazzjoni ta’ Speech-Language Pathologists),
  • Laura Cunningham (Malta Sports Journalists Association),
  • Edward Gruppetta (Malta Red Cross Society),
  • Paul Sultana (The Maltese Association of the Members of the Sovereign Military Hospitaller Order of St. John of Jerusalem, of Rhodes and of Malta),
  • Gertrude Buttigieg (Malta Health Network),
  • Leslie Bonnici (The Scout Association of Malta),
  • Jorge Spiteri (Fondazzjoni Malta Żgħażagħ fl-Agrikoltura),
  • Paul Mifsud (Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda), u
  • Mark Micallef (Rappreżentant tal-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur.)