Jitħabbar iċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat

Wara li nħatar il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat għall-perjodu 2023-2025 fil-ġimgħat li għaddew, f’laqgħa tal-Kunsill illum ġew magħżula s-Sa Gertrude Buttigieg mill-Malta Health Network bħala Chairperson, u s-Sur Jorge Spiteri mill-Fondazzjoni Malta Żgħażagħ fl-Agrikoltura bħala Viċi. Dawn ser iservu għat-tliet snin li ġejjin skont it-terminu tal-Kunsill.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill, is-Sur Mauro Pace Parascandalo, tahom l-isbaħ xewqat filwaqt li awgura ħidma sfiqa favur is-settur.

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat għandu l-għan li jappoġġja lill-organizzazzjonijiet volontarji lokali li jaħdmu f’kull aspett tas-soċjetà permezz ta’ networking, taħriġ, tisħiħ tal-ħiliet u l-kapaċità, inizjattivi ta’ finanzjament u ħolqien ta’ kuxjenza.


Malta Council for the Voluntary Sector Chairperson announced

Following the election of the Malta Council for the Voluntary Sector for the period 2023-2025 in the past weeks, in a meeting of the Council, Ms Gertrude Buttigieg from the Malta Health Network was selected as Chairperson and the Mr Jorge Spiteri from the Fondazzjoni Malta Żgħażagħ fl-Agrikoltura as Deputy Chairperson.

The Chief Executive of the Council, Mr Mauro Pace Parascandalo, conveyed his best wishes and looked forward to their good work in support of the sector.

The Malta Council for the Voluntary Sector aims at supporting local voluntary organisations working across every aspect of society through networking, training, capacity building, funding initiatives and awareness raising.